Illum Mark Spiteri Lucas Kellu Ġurnata Differenti Mis-Soltu!

Illum il-kompożitur u mużiċist Mark Spiteri Lucas kien qed jiċċelebra għeluq sninu! Dawk li jħobbu l-kanzunetti lokali żgur li ġieli semgħu kanzunetti b’kompożizzjonijiet ta’ Mark. Probabbli l-aktar waħda famuża tiegħu tibqa’ Fejn Staħbejtli?





Mark huwa wkoll wieħed mill-producers tal-programm televiżiv The Entertainers fejn kull nhar ta’ Sibt ikollu varjeta ta’ kantanti mistiedna. Barra minn hekk jagħti opportunità lil kantanti ġodda fis-Singing Challenge waqt il-programm.

Il-paġna ta’ Facebook ta’ The Entertainers sellmet lil Mark f’għeluq sninu: “Kif illum jiċċelebra gheluq sninu d-direttur mużikali u wieħed mill-producers tal-programm The Entertainers, Mark Spiteri Lucas, f’isem it-telespettaturi u t-tim tal-produzzjoni tal-programm, nawguraw lil Mark jum mill-aqwa.”



Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nittamaw li Mark kellu ġurnata mill-isbaħ. Awguri Mark!

Facebook/” target=”_blank”>Mark Spiteri Lucas

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI