Il-paġna lokali Mid-Djarju tat-Timba tagħtina aġġornament dwar x’temp għandna nistennew matul il-jum. Huma jiktbu, “Mela t-temp għal-lum. Illum mistenni jissaħħab sew, b’sħab oħxon li se jiżdied aktar kmieni dalgħodu, u jista’ jkollna wkoll xi raxx ta’ xita kmieni.”
Huma jżidu wkoll, “Hemm ċans tajjeb ta’ xita matul il-jum madwar il-gżejjer. Hemm ukoll ċans tajjeb ta’ xita matul il-lejla u sa kmieni filgħodu, li jħallina nikkuntentaw ftit. Ma jidhirx li se jkollna beraq jew sajjetti fil-qrib. Riħ moderat mix-Xlokk-Lvant.”
Il-paġna ttemm tgħid, “Għas-Sibt: Filgħodu hemm ċans ta’ xi xita f’xi nħawi, iżda nagħti aġġornament għada.”