L-attur lokali Michael Stivala kiteb fuq il-midja soċjali dwar esperjenza indimetikabbli. Mar iżur lil Elio, wieħed mill-idoli tiegħu, li kellu l-opportunita`jaħdem miegħu wkoll.
Hu kiteb, “Illum mort inżur lil wieħed mill-idoli tiegħi. Int kont parti kbira minn tfuliti Elio. Int u l-films tiegħek. Grazzi tax-xogħol kollu li għamilt u kburi li ħadt sehem miegħek ukoll.”
Elio huwa magħruf sew għax-xogħol tiegħu fil-qasam tal-films Maltin. Hu ħalla marka qawwija fuq ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ telespettaturi.
Dawn il-kelmtejn flimkien mar-ritratt ippubblikat jirriflettu r-rispett kbir li dawn l-irġiel għandhom lejn xulxin. Għal Michael, din iż-żjara kienet aktar minn sempliċi laqgħa, kienet mument ta’ ċirku li jingħalaq bejn it-tfulija tiegħu u l-karriera professjonali tiegħu llum.
Facebook / Michael Stivala