“Illum Nagħlaq 53 Sena. Nirringrazzja Lil Alla Għal Ħajti U Talli Dejjem Iggwidani.” – Natius Farrugia

Natius Farrugia

Illum jiċċelebra għeluq sninu Natius Farrugia – persuna maħbuba immens u magħrufa għall-ispirtu pożittiv ta’ ħbiberija li dejjem ixxerred.

Natius kiteb messaġġ ta’ gratitudni f’dan il-jum speċjali, fejn jesprimi fost l-oħrajn il-gratitudni tiegħu lejn il-ħajja.

“Illum nagħlaq 53 sena. Nirringrazzja lil Alla għal ħajti u talli dejjem iggwidani. Grazzi lill-ħbieb veri tiegħi għall-appoġġ u l-lealtà tagħkom. Nagħżel li niffoka fuq it-tajjeb, li nibqa’ nikber b’mod pożittiv, u li ngħix b’qalb grata. Jien grat għal kollox.”

Fl-aħħar jiem kienu bosta li bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom lil Natius fuq il-midja soċjali.

Awguri mill-qalb, Natius! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI