Il-membru parlamentari Clayton Bartolo kiteb messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna uffiċjali tiegħu biex jawgura lill-għażiża bintu li llum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Illum niċċelebraw għeluq snin il-fessuda Tiffany! Iż-żgħira li qatt ma jirnexxieli nirrabja magħha! Awguri mill-qalb mingħandi, Amanda, Logan u Eliana! Inħobbuk!”
Żejjen dawn il-kelmtejn b’ritratt il-ġmiel tiegħu fejn Tiffany tidher tgħannaq lil missierha bi tbissima gustuża fuq fommha. Dan il-messaġġ jirrifletti l-imħabba ġenwina ta’ missier lejn uliedu.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Nixtiqulha sena oħra ta’ hena u ferħ, u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri għażiża Tiffany!
Facebook / Clayton Bartolo