Illum Niċċelebraw Il-Jum Iddedikat Għall-Għarfien Ta’ Persuni Down Syndrome

Illum huwa l-jum iddedikat għall-għarfien ta’ persuni Down Syndrome, u għaldaqstant bosta jibdew ixerrdu l-messaġġ biex jikber aktar l-għarfien. Oliver Scicluna kiteb messaġġ f’dan il-jum. Jikteb dwar l-importanza li apparti li niċċelebraw dan il-jum, trid issir azzjoni wkoll.

“Għamilna qabżiet ta’ ġgant bħala soċjetà għandna ferm iżjed servizz u għajnuniet, jeżistu iżjed lok ta’ opportunitajiet fl-isport, arti u kultura,” kiteb Oliver.

“Iżda persuni li għandhom id-DS bħal oħrajn b’nuqqas intelletwali (ID) dejjem jispiċċaw l-aktar esklużi u f’riskju ta’ solitudni. Dejjem jaqgħu fiċ-ċans li jiffrekwentaw l-istess grupp.”

“Għalekk il-ġlieda kontra l-istituzjonalizzazjoni tkompli, għalekk il-ġlieda favur l-inklużjoni vera tippersisti sakemm b’mod sħieħ dawn in-nies jiġu nklużi b’mod sħieħ bħala ħbieb, kollegi, studenti, ħaddiema…. bnednim.”







Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI