F’għeluq snin il-kap tal-iskola sekondarja tas-seminarju, fuq il-paġna uffiċjali tal-iskola kitbulu messaġġ ta’ ringrazzjament f’din il-ġurnata speċjali.
Ktibulu, “Awguri Sur Gordon! Illum niċċelebraw is-Sur Gordon, Kap tal-iskola tas-sezzjoni tas-sekondarja. Nirringrazzjawh għat-tmexxija tiegħu, il-viżjoni, u d-dedikazzjoni mal-istaff u l-istudenti. Bl-interċessjoni ta’ San Pawl, il-Patrun tagħna, nitolbu li Alla jkompli jżomm idejh fuqu u jagħtih saħħa, għerf, u ferħ f’dak kollu li jagħmel. Awguri!”
Bosta fil-kummenti wkoll awgurawlu mill-qalb u rringrazzjawh tal-ġid kollu li jagħmel fl-iskola, kemm mal-istudenti u kemm mal-istaff kollha. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali! Nawgurawlu bosta iktar snin ta’ ferħ u hena mal-familjari u ħbieb tiegħu.
Facebook / The Archbishop’s Minor Seminary