Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ryan u Josmar ferħu ma’ ħabiba tagħhom fil-jum tat-tieġ tagħha. Illum iżżewġet Annalice li kienet l-ewwel direttriċi ta’ Sibtek.
Huma qalu, “Illum niċċelebraw iż-żwieġ tal-ewwel direttriċi li kellna f’Sibtek … Mara bravissima b’ħafna passjoni u talent. It-tim tagħna dejjem kien bilanċjat sew bejn nisa u rġiel. Awguri minn qalbna Annalice u Reuben.
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw minn qalbna lil din il-koppja! Nittamaw li kellkom jum perfett.
Facebook/Ryan and Josmar