“Illum Niċċelebraw Lilek, Għażiz Mark. Inħossni Grata Li Għandi Lilek F’Ħajti” – Louise Doneo

L-attriċi u preżentatriċi popolari Louise Doneo illum qasmet messaġġ emozzjonanti lil żewġha Mark f’għeluq sninu. Louise, li spiss taqsam mumenti mill-ħajja personali tagħha fuq il-midja soċjali, għażlet kliem sempliċi iżda mimli mħabba biex tfakkar lil Mark xi jfisser hu għaliha.

F’post sabiħ mimli sentiment, Louise kitbet, “Illum niċċelebraw lilek, għażiz Mark. Inħossni grata li għandi lilek f’ħajti. Li nista’ naqsam l-esperjenzi kollha miegħek hija xi ħaġa speċjali għalija. M’hemm xejn isbaħ fid-dinja milli tgħix kuntent mal-persuna li tħobb; grazzi talli tagħmel dan possibbli għalija.
Awguri mill-qalb, għażiz. Inħobbok.”

Il-messaġġ ta’ Louise laqat ħafna mid-dawk li jsegwuha, b’ħafna jfaħħru r-relazzjoni sabiħa u s-sapport li l-koppja tidher li tagħti lil xulxin. Louise u Mark huma magħrufa għall-mod ċar u awtentiku kif juru l-imħabba tagħhom, u dan il-post kien ieħor mill-mumenti li juru kemm ir-relazzjoni tagħhom hija mibnija fuq rispett u gratitudni.

Minn naħa tagħna f’Gwida.mt, nawguraw lil Mark għeluq sninu mimli ferħ u saħħa!







Ritratti:

Facebook / Louise Doneo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI