Minkejja ċ-ċirkustanzi diffiċli li għaddejjin minnhom bħalissa, il-Kap tal-Minoranza tal-Kunsill lokali San Pawl il-Baħar Daryl Connor, qasam messaġġ emozzjonali u mimli mħabba lil-maħbuba tiegħu, l-MP Romilda Zarb, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha.
F’dan il-messaġġ, Connor ddeskriva lil Romilda bħala “l-pilastru tagħna” u stqarr li jinsab grat għal dak kollu li tagħmel kuljum għalih u għat-tfal, biex dejjem tarahom b’saħħithom u biex ma jonqoshom xejn. Huwa saħaq ukoll li minkejja kull sfida tal-ħajja, flimkien joħorġu aktar b’saħħithom.
Connor faħħar il-qalb tajba tagħha u l-impenn li dejjem turi biex tgħin lil kulħadd, b’mod partikolari liż-żgħir u lil dawk bla vuċi. Għalkemm bħalissa jinsabu l-isptar mat-tifel Nate, huwa esprima t-tama li jekk Alla jrid, jerġgħu jingħaqdu kollha flimkien id-dar u jkunu jistgħu jiċċelebraw dan il-mument tant sabiħ bħala familja.
Il-messaġġ intemm b’ringrazzjament mill-qalb u stqarrija ta’ mħabba: “Inħobbok ħafna llum u dejjem.”
Facebook/ Daryl Connor