Jidher li llum se jkun it-tielet jum fejn ma kien irreġistrat l-ebda każ ta’ Covid-19 skont il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 news updates. Hekk nieħdu gost nisimgħu!
Nispera wkoll li jkun hemm aktar fejqan mill-virus.
Nhar l-Erbgħa li ġej l-1 ta’ Lulju ser jiftaħ bil-mod l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn pajjiżna se jilqa’ lit-turisti li se jżuruna permezz ta’ spettaklu fl-ajru minn bosta kmamar tan-nar madwar il-gżejjer tagħna.
Awguri lill-poplu kollu għal bidu ġdid differenti. J’Alla nibqgħu sejrin hekk!
Ritratt: malta.intercontinental.com