“Illum Se Tibda Avventura Oħra Sabiħa Għalik” – Neville B’Messaġġ Speċjali Għal Corazon.

Mil-lejla ser jibda jixxandar staġun ġdid tal-programm maħbub minn ħafna ta’ kull nhar ta’ Sibt filgħaxija ‘The Entertainers.’ Ftit ilu, wara kurżità kbira mqanqla fuq il-paġna tal-kantanta Corazon, ħabbret li hi flimkien ma’ Victorio Gauci, l-kantant fil-band “The Crowns” ser ikunu il-preżentaturi l-ġodda ta’ dan il-programm.  Dan wara li fl-aħħar sitt staġuni li għaddew kien jippreżenta l-kantant Janvil.

Neville, il-maħbub ta’ Corazon jgħaddilha messaġġ speċjali mimli xewqat sbieħ f’dan il-jum li jagħti bidu għal avventura ġdida permezz ta’ post fuq Facebook.

 “Dis-sena ġiet għal avventuri ġodda u sbieħ.  Avventuri li mlewlna ħajjitna b’ferħ liema bħalu.  Illum se tibda avventura oħra sabiħa għalik.  Naf biċ-ċert li mhux talli se tidħlilha bl-ikbar saħħa, talli se teċċella kif dejjem tagħmel f’kull ħaġa f’ħajtek.  Awguri mill-qalb inħobbok u kburi bik





Hu jkompli billi jawgura lil Victorio li huwa ċert li se jkun kollega ideali!

 Aħna nawguraw mill-qalb lil Corazon u lil Victorio għal din l-esperjenza!

 

Facebook/ Corazon Mizzi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI