Il-kunsilliera ta’ Birkirkara, Yana Borg Debono Grech, fetħet qalbha dwar kif il-ħajja nbidlet wara żewġ telfiet ta’ persuni għeżież għaliha.
Hi spjegat, “Faċli tara persuna titbissem u taħseb li għandha kollox ħarir, li hi komposta u soda. Imma ħadd ma jaf x’jgħaddi minn moħħ persuna! Illum hu l-ewwel birthday tiegħi mingħajrkom. Mingħajr it-telefonati ta’ filgħodu. Mingħajr l-istejjer tagħkom. Bħal meta, ma, qabel dħalt l-isptar, naddaft il-persjani biex kollox ikun nadif meta tiġi lura. Jew kif in-nanna kienet tkun bl-ewwel telefonata tal-ġurnata, mal-ħamsa ta’ filgħodu. Tal-ewwel kollox ikun iebes. Ibqgħu ħarsuni u gwidawni. Illum sena ixjeħ! Grazzi lil kull min ħaseb fija f’din il-ġurnata.”
Kuraġġ f’din il-ġurnata, u awguri mill-qalb!
Facebook / Yana Borg Debono Grech