“Illum Tagħlaq 4 Snin… Il-Ħajja M’Għandhiex Tkun Diffiċli Għal Tifla Tal-Età Tiegħek Imma Inti Tibqa’ Titbissem” – Il-Ġenituri Ta’ Jasmine

Illum iċ-ċkejkna Jasmine tagħlaq 4 snin. Il-ġenituri tagħha fuq il-midja soċjali stqarru li jħossuhom ixxurtjati li jaraw lil binthom tikber “f’tifla determinata u mimlija mħabba”.

Huma sostnew li l-ebda tifla ta’ 4 snin ma jistħoqqilha taffaċja l-isfidi u t-tbatija li ta’ kuljum ikollha taffaċja Jasmine iżda madankollu jammirawha li dejjem iżżomm tbissima fuq fommha u qatt ma taqta’ qalbha.

Semmew kif matul din l-aħħar sena bid-determinazzjoni tagħha ċ-ċkejkna Jasmine kompliet tispira iżjed nies sabiex ma jaqtgħux qalbhom fit-tbatija tagħhom.

“Kun af li aħna se nibqgħu nħobbukom bla qies u qatt m’aħna se nieqfu nagħtuk dak li għandek bżonn,” temmew jiktbu l-ġenituri tagħha f’messaġġ imqanqal.



Awguri, Jasmine!





Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI