“Illum Tagħlaq Ħames Snin, Kate Għażiża Tagħna. It-Tbissima Tiegħek Iddawwal Kull Rokna Fid-Dar Tagħna.” – L-MP Ray Abela

Awguri Kate - Ray Abela

Illum hi ġurnata memorabbli għall-Membru Parlamentari Ray Abela, hekk kif f’din id-data hu kien sar missier. Kellhom lil Kate, li dawlitlu ħajtu minn meta ngħaqdet magħhom.

“Kate – Il-Prinċipessa Tagħna. Illum tagħlaq ħames snin, Kate għażiża tagħna, tbissima tiegħek iddawwal kull rokna fid-dar tagħna. Int il-ferħ ta’ qalbna u l-imħabba tagħna, kuljum l-ewwel u l-aħħar ħsieb tagħna.”

Ray jesprimi fil-messaġġ li jgħaddi kemm jgħaddi żmien Kate ser tibqa’ tant prezzjuża għalihom, “il-mimmi tagħna.”

Nawguraw mill-qalb lil Kate!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI