Illum Tagħlaq Sninha L-Attriċi Elsa Romei Li Ħafna Jiftakruha Fis-Sensiela Undercover Bħala Doreen

Proprju llum l-attriċi Elsa Romei qed tiċċelebra l-età sabiħa ta’ 85 sena. Żgur li Elsa tibqa’ magħrufa l-iżjed għas-sehem tagħha fis-sensiela Undercover fejn kienet interpretat il-parti ta’ Doreen.

Ħadet sehem f’sensiliet oħrajn fosthom Triq Waħda kif ukoll L-Ispettur Lowell.



F’intervista ma’ Maltarti, Elsa kienet stqarret li għalkemm it-teatru u t-televixin minn dejjem kienu għal qalbha, madankollu dejjem ħasset li kellha passjoni kbira lejn il-pittura.



Hi ssemmi li kien proprju għalhekk li meta temmet il-karriera tagħha bħala għalliema, għażlet li tiddedika lilha nfisha sabiex ittejjeb kemm tista’ l-ħiliet tagħha f’din ix-xorta ta’ arti.



Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Elsa!

Ritratti:

Eileen Montesin / Undercover u Facebook / Simone Cini

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI