Illum 20 ta’ Marzu, tagħlaq sninha l-kantanta lokali Maria Ellul, li rajnieha tibrilla f’diversi festivals u konkors lokali, fosthom X Factor Malta u l-Malta Eurovision.
Lura fl-2019 Maria nediet kanzunetta oriġinali, u aktar tard kienet impressjonat waqt l-ewwel parteċipazzjoni tagħha f’X Factor Malta, fejn tat prestazzjoni stupenda wara oħra.
Erba’ snin wara Maria rritornat fir-raba’ staġun ta’ X Factor Malta, u komplejna narawha tikber bħala artista. Ir-rispons mill-ġurija u mill-pubbliku kien wieħed pożittiv.
Suċċess ieħor għal Maria kien propju sena ilu waqt il-Malta Eurovision 2024 fejn flimkien mal-grupp ERBA’, spikkaw bil-kanzunetta tagħhom Sirena. Kanzunetta li rċeviet ħafna mħabba kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Lura f’Jannar li għadda Maria kienet waħda mill-parteċipanti tal-konkos prestiġjuż Kanta Magħna, fejn tat interpretazzjoni mill-isbaħ tal-kanzunetta
Minn qalbna nawguraw lil Maria l-isbaħ xewqat! Nittamaw li kellha ġurnata kif tixtieq qalbha. Nixtiequ ħafna affarijiet sbieħ għal Maria llum u dejjem. Ħerqanin għal aktar mużika mingħandek!
Facebook/ Maria Ellul