Imħabba? hi sensiela li qed iżżomm lit-telespettaturi kurjużi ta’ kuljum għal kif ser tiżvolġi l-istorja. Ilbieraħ Clayton Pace, l-attur u d-direttur f’din il-produzzjoni, qanqal ftit lis-segwaċi, dwar jekk għandhomx jistennew it-tieni staġun.
Is-sensiela segwita Imħabba? waslet fi tmiemha Clayton xtaq jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn kull min kien parti mill-appoġġ biex jaslu s’hawn.
“Illum tagħlaq waħda mil-istejjer favoriti tiegħi. Grazzi li kontu magħna u orejtuna ĦAFNA IMĦABBA tul dawn ix-xhur. Grazzi lil kast u l- kru kollu. Ghamiltuli dan il-vjagg tassew specjali. Wieħed li żgur mhux ser ninsa.”
Waqt li jagħmel ir-ringrazzjamenti tiegħu, Clayton ifakkar li bejn għada u l-Ħadd ser jixxandru erba’ episodji speċjali.
Prosit lil Clayton u lill-kast u kru kollu.
Facebook/ Imħabba