It-temp illum beda ċlampu u b’kundizzjonijiet kemxejn imdaħħnin, iżda matul il-ġurnata mistenni jsir il-biċċa l-kbira xemxi, skont aġġornament tat-temp mill-paġna lokali It-Temp Madwarna.
Minkejja li t-temperatura massima mistennija tilħaq is-26°C, it-temp se jinħass aktar sħun, b’temperatura li tinħass madwar 29°C matul il-ħinijiet ta’ wara nofsinhar. Min-naħa l-oħra, illejla t-temperatura tista’ tinżel sa 17°C.
Ir-riħ illum se jkun wieħed ħafif forza 3, l-aktar ġej mill-Majjistral (NW), filwaqt li l-baħar mistenni jkun ftit qawwi qabel ma jsir moderat aktar tard matul il-jum. L-indiċi UV illum huwa wieħed għoli ħafna u laħaq livell 9, għalhekk dawk li se jqattgħu ħin barra huma mħeġġa jieħdu prekawzjonijiet kontra x-xemx, speċjalment matul il-ħinijiet ta’ nofsinhar.
Iċ-ċans ta’ xita jibqa’ baxx għal madwar 35%, filwaqt li l-umdità mistennija tkun ta’ madwar 70%.