Illum tiċċelebra għeluq sninha l-preżentatriċi Valerie Vella. Rajnieha tippreżenta programmi li tant kienu segwiti tul il-karriera tagħha, wieħed mill-aktar riċenti jkun Teżori taħt in-Navi.
Kellha ċ-ċans li anke tippreżenta l-Malta Eurovision Song Contest, il-Junior Eurovision Song Contest u avvenimenti oħra ta’ livell.
Nhar is-26 ta’ Diċembru tkun waħda mill-preżentaturi waqt l-Istrina, il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li tgħaqqad pajjiż l-għada tal-Milied.

Ritratt: Facebook/ Valerie Vella
Kulħadd jammira l-wiċċ simpatiku u l-karattru mill-isbaħ ta’ Valerie, dejjem b’enerġija pożittiva. Illum il-preżentatriċi lokali tiċċelebra għeluq sninha!
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha f’dan il-jum speċjali, mittamaw li jkollha ġurnata mimlija b’dak li tixtieq qalbha u sena pożittiva b’avventuri ġodda. Awguri mill-qalb Valerie!