“Illum Tlift Missier Eżemplari, Kollega Imprezzabbli, Ħabib Sinċier U Gwida Umli” – Mallia Stone Works

Mallia

Fuq il-paġna ta’ Facebook Mallia Stone Works inkiteb messaġġ biex isellmu l-memorja ta’ persuna speċjali immens għall-kumpanija.

“II-Ġenna kien hemm bżonn ta’ skultur ieħor. Din id-darba ntgħazel missierna. Bħala familja tlifna persuna wisq għal-qalbna. Raġel eżemplari li jpoġġi fuq quddiem nett il-bżonnijiet tal-familja tiegħu.”

Il-paġna tkompli, “Raġel, li avolja kellu talenti kbar, dejjem żamm saqajħ mal-art u QATT ma ftaħar bix-xogħol tieghu. Jien ilum tlift Missier eżemplari, Kollega imprezzabbli, Ħabib sinċier u gwida umli lejn xiex kont inhares.”

Il-funeral ser isir għada 17 ta’ Marzu fit-15:30 fil-Knisja tas-Siġġiewi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI