Illum l-artista tal-make-up Shasha Fabri jidher li sabet sorpriża tistenniha. “Wasalt id-dar biex insib dan… x’ġurnata dik! Grazzi,” kitbet Shasha fuq il-midja soċjali. Kienet qed tirreferi għal bukkett fjuri.
Imma min taha dak il-bukkett? Kien hemm xi kummentaturi li qabdithom il-kurżità, iżda milli jidher Shasha ma tridx tiżvela pubblikament.
“Issa ngħidlek f’widnejk!!” wieġbet għal kumment minnhom.
Xi ammiratur mela…!
Facebook/Shasha Fabri