L-attivista Maltija Ana Caruana tisħaq li kull filgħaxija tara kif tista’ tagħti x’tiekol lid-diversi tfal fil-bżonn li hi tgħin, iżda tistqarr ukoll li dan “mhux dejjem hu possibbli”.
Ana ilha għal dawn l-aħħar 10 snin tiela’ u nieżla l-Gambja sabiex tgħin lil dawn it-tfal li tant għandhom bżonn ta’ għajnuna.
“Għeżież ħuti Maltin, araw ftit kif fi ftit xhur dawn it-tfal diġà anke bdew jitagħlmu l-Ingliż,” saħqet ikkommovuta l-attivista fejn fissret kemm huma speċjali għaliha dawn it-tfal u l-imħabba kbira li tħoss lejhom.
Prosit tassew!
Ritratti: Facebook / Ana Caruana