“Iltqajt Ma’ Dil-Familja B’Tarbija Ta’ 10 Xhur Fil-Bżonn Ta’ Trapjant… Kienu Ilhom Xhur Jistennew U Jittamaw!” – Il-President Myriam Spiteri Debono

Hekk kif ftit jiem oħra se tkun qed isseħħ edizzjoni oħra tal-Istrina, l-President Myriam Spiteri Debono tkellmet dwar il-ferħ li tħoss meta tara kemm nies fil-bżonn jingħataw l-għajnuna bis-saħħa ta’ dan l-avveniment annwali ta’ ġbir ta’ fondi li fih tispikka s-solidarjetà li jaf juri l-poplu Malti.

Il-President issemmi kif meta kienet l-Ingilterra ltaqgħet ma’ familja li kellhom tarbija ta’ 10 xhur fi bżonn ta’ trapjant tal-fwied.

“Għal din il-familja dik l-istennija sakemm forsi jinstab trapjant għat-tarbija kienet sofferenza kbira,” tisħaq il-President.

Tirrakkonta kif b’xorti tajba l-għada li ltaqgħu magħhom irċevew telefonata li fil-fatt kienu sabu trapjant għat-tarbija.

“X’ħin qaltilna fraħna ħafna… il-fatt li tkun parti minn dik l-aħbar tajba hija wisq sabiħa,” ttemm tgħid il-President.







Ritratti:

Facebook / L-Istrina u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI