"Ilu Tliet Snin Minn Meta Bdejt Dan Il-Vjaġġ Biex Nibdel Dan Il-Post F'Dari…" – Taryn Mamo Cefai Pass Eqreb Lejn Il-Ħolma Tagħha!

Il-preżentatriċiu attriċi Taryn Mamo Cefai għadha kemm xerrdet ritratti mill-post fejn ħa jkun id-dar tagħha dalwaqt! Taryn ilha taħdem u tinvesti f’dik li għad tkun darha għal snin issa, u tinsab ħerqana aktar minn qatt qabel biex tibdel il-post fid-dar tal-ħolm tagħha.

“Noħlom fil-ġurnata li fl-aħħar inkun nista’ nqum hawn! Ilu 3 snin minn meta bdejt il-vjaġġ biex nibdel dan il-post f’dari…” Taryn tgħid li mhux pass faċli, għax jirrikjedi ħafna ħdima u sagrifiċċji. Madankollu dan iż-żmien tbierku, għax meta tara lil darha lesta, tgħid kemm kienet tiswa l-istennija kollha. Taryn tagħti anke xi pariri relatati max-xiri tal-għamara u prodotti tad-djar lil dawk ix-xerrejja li għandhom xi ħsieb ukoll. 

Minn qalbna nawgurawlha għall-futura dar tagħha! Nammirawha kemm hi mara ambizzjuża u determinata!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI