Li jkollok it-tfajla kantawtriċi tkun qed tistieden li tirċievi kliem sabiħ u romantiku. M’għandniex xi ngħidu l-awtriċi Corazon hi magħrufa għall-Malti romantiku fil-lirika tagħha. Illum kien imiss lilha li tawgura lill-maħbub tagħha Neville wara li l-ġimgħa l-oħra awguralha hu. “Ilum l-anniversarju tal-ġurnata li fiha dik il-qalb ċkejkna bdiet tħabbat: dik l-istess qalb li, maż-żmien, ġiegħlet tħabbat anke lil tiegħi” bdiet il-messaġġ tagħha Corazon.
Corazon fakkret lin-Neville li għalija hu, “L-affarijiet is-sbieħ kollha tad-dinja”, hawn niżlet is-sintomi kollha li lilha jagħmluha kuntenta fosthom iż-Żerniq, tazza inbid kiesħa u l-ewwel dawl ta’ filgħodu fost l-oħrajn.
Corazon wkoll ħejjiet muntaġġ bil-kartolini li rċieva Neville fosthom mingħand ommu li qaltlu, “Grazzi talli tħobbni u tirrispettani” u missieru li għalkemm ma tantx jinqala għall-kumplimenti qallu, “Se nkun dejjem hemm għalik u nħobbok”.
Awguri Neville f’għeluq sninek, ħerqanin ħafna biex f’Ottubru nerġgħu narawk fil-parti ta’ Hassan f’Division 7.