Illum, Moira Stafrace, kantantawtriċi tal-kanzunetti u vokalista magħrufa f’Malta, qed tiċċelebra għeluq sninha. Moira kisbet il-popolarità speċjali flimkien ma’ żewġha Chris Scicluna, magħrufin flimkien bħala “Chris & Moira”, meta rrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-1994 bil-kanzunetta “More Than Love,” fejn kisbu suċċess u apprezzament internazzjonali.
Minbarra l-Eurovision, Moira hi magħrufa wkoll għall-kontribut kontinwu fix-xena mużikali f’Malta, kemm bħala artista kif ukoll bħala kompożitriċi ta’ kanzunetti oriġinali. Il-mużika tagħha tkompli tispira u tferraħ ħafna dilettanti.
Nawgurawlha ħafna mit-tim ta’ Gwida, għeluq snin hieni u aktar snin ta’ suċċess u kreattività fil-karriera tagħha.