“Imħasseb Fl-Aktar Żmien Vulnerabbli Tiegħi, Kien Żmien Mingħajr Direzzjoni, Kont Ħaj Imma Mhux Qed Verament Ngħix” – Ivan Grech

Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech xtaq jaqsam ritratt li kull sens jinzertah, u bla ma jrid jiftakar f’dak il-perjodu. Hu jagħżel li jippubblikah, u jesprimi dak li kien għaddej minnu f’dak il-perjodu.

“Imħasseb fl-aktar żmien vulnerabbli tiegħi, kien żmien mingħajr direzzjoni, kont ħaj imma mhux qed verament ngħix, mitluf u waħdi ħafna, anke fl-akbar folol.”

Affaċċja weġgħat li ma kienu faċli xejn, u ħass rabja ġewwa fih minħabba telfiet li ġarrab.

“Ma stajtx naċċetta u niffaċċja dak li l-ħajja kienet qed titfagħli f’dak iż-żmien, kien wisq u ħafna mistoqsijiet baqgħu bla tweġiba. Eventwalment bdejt insib dik il-paċi ġewwa fija, dak huwa meta wieħed jibda jibni mill-ġdid dik it-twemmin fih nnifsu u dik is-saħħa speċjali ġewwa fih imbagħad tkun sors qawwi ta’ gwida…”

Bħal dejjem juża l-esperjenza li għadda minnha hu, biex jagħti messaġġ ta’ appoġġ u kuraġġ lil min isib ostakli quddiemu li jaħseb li ma jiflaħx għalihom.

Hu għal dejjem grat lejn dawk li sabhom ta’ spalla, ta’ kuraġġ u ta’ ħarsien meta l-iżjed kellu bżonn

“Dik is-saħħa speċjali ġewwa fija kienet it-triq ’il quddiem… għax dik hija dejjem l-unika triq vera… ‘IL QUDDIEM. Ispirazzjoni… Kompli u ibqa’ għaddej…”

Prosit bħal dejjem, Ivan.







Ritratti:

Facebook/ Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI