“Imisskom Tistħu” – Belti Taqbiżlu U Jesprimi R-Rabja Dwar Triq Il-Merkanti

Ħafna Beltin bħalissa jinsabu rrabjati wara li ġie installat platform minn ristorant partikolari fi Triq il-Merkanti, biex ikunu jistgħu jitpoġġew l-imwejjed u s-siġġijiet għall-klijenti tagħhom.

Raġel Belti magħruf bħalla ‘il-Boat’ esprima r-rabja tiegħu permezz ta’ filmat fuq il-profil personali tiegħu. Huwa staqsa lil Kunsill Lokali dwar x’beħsiebu jagħmel biex jopponi u jneħħi dak li sar ġewwa Triq il-Merkanti. Fost diversi argumenti li kellu, huwa kkritika lill-Kunsill għax qal li ħadd mill-kunsilliera ma ħareġ għonqu għal Belt Valletta u ħa pożizzjoni ċara kontra dak li seħħ f’dik it-triq. Għalkemm qal li hu ma jiddejaq xejn jara lil Belt Valletta mimlija nies, xorta waħda qal li ma jneħħix il-fatt li l-Belt hija tal-Beltin u kulħadd għandu jiġi trattat l-istess.





Facebook / Il Boat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI