Imniedi Uffiċjalment Food Truck Għall-Promozzjoni Ta’ Ħut Lokali

Din l-inizjattiva qed issir f’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, bħala parti minn ħidma kontinwa biex jitkabbar l-għarfien dwar il-varjetà ta’ ħut fil-baħar Malti u biex jiġi promoss konsum aktar sostenibbli.



Permezz ta’ dan il-food truck, li se jkun preżenti f’Marsaxlokk kull nhar ta’ Ħadd, il-pubbliku se jkollu ċ-ċans jiskopri u jduq ħut frisk direttament mis-sajjieda, b’enfasi fuq speċi li forsi mhumiex daqshekk magħrufa iżda li xorta joffru kwalità għolja.



Barra minn hekk, il-food truck se jservi wkoll bħala spazju informattiv u edukattiv, fejn il-viżitaturi jistgħu jitkellmu ma’ esperti fis-settur, jitgħallmu aktar dwar dawn l-ispeċi u jifhmu aħjar il-valur nutrittiv u l-impatt ambjentali pożittiv tal-għażla ta’ ħut lokali.



Ritratti:

Facebook / DOI

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI