"Imnikktin Bl-Aħbar Li Wieħed Mis-Sewwieqa Tal-Karozzi Tal-Linja Tagħna Giovann Mifsud, Ħalliena." – Tallinja

Kmieni llum, il-paġna Tallinja sellmet il-memorja ta’ Giovanni Mifsud, xufier tal-linja li għadda għal ħajja ta’ dejjem. Hu ħallew messaġġ li jgħid, “Imnikktin bl-aħbar li wieħed mis-sewwieqa tal-karozzi tal-linja tagħna, Giovann Mifsud, ħalliena.”

Huma jkomplu jgħidu, “Se nimmisjawh lkoll fil-Malta Public Transport, peress li kien impjegat leali li kien passjonat ħafna dwar ix-xogħol tiegħu. Noffru l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli. Jalla jistrieħ fil-paċi.”

Aħna f’isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-membri kollha Tallinja u wkoll lill-familjari tiegħu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI