"Imsaħħab U Bix-Xita Possibilment Bir-Ragħad… Jiċċara Waranofsinhar Iżda Iżjed Tard Se Jitqawwa R-Riħ" – It-Temp Madwarna

Fl-aħħar sigħat kitbu li hu mistenni kambjament kbir fit-temp fil-gżejjer Maltin. “Għada t-Tnejn 9/9 se ġġib il-maltemp fil-gżejjer Maltin u wara se jdur ir-riħ (għal riħ fuq mill-Majjistral) li se jitqawwa konsiderevolment, filwaqt li t-temperaturi se jinżlu b’madwar 5°-6°C.”

L-aġġornament jinforma li kapaċi jkollna temp imsaħħab li jkun jikkonsisti f’xita u ragħad. “Jiċċara waranofsinhar iżda iżjed tard se jitqawwa r-riħ. It-temperatura tkun ferm anqas mill-aħħar jiem.”

Madankollu f’xi jiem matul din il-ġimgħa ser ikun hawn temp xemxi fil-biċċa l-kbira.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI