Imut In-Neputi Tal-Attriċi Famuża Sharon Stone – Strieħ Fis-Sliem Ċkejken

Ftit jiem ilu l-attriċi famuża Sharon Stone talbet bil-ħniena lis-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali biex jitolbu għan-neputi tagħha li bħalissa jinsab fi stat ħażin! Mir-ritratt li qasmet fuq il-paġna tagħha ta’ Instagram, in-neputi ta’ Sharon, River Stone jidher f’sodda fl-isptar intubat u mdawwar b’ħafna apparat mediku. Sharon qalet li n-neputi tagħha ta’ ħdax-il xahar instab kważi bla ħajja fis-sodda tiegħu wara li l-organi tiegħu waqfu jaħdmu għal kollox. River sfortunatament għadu kif tilef ħajtu.

River kien jinsab f’koma jiġġieled għal ħajtu. Il-qagħda tat-tifel kienet kritika ħafna u kieku salva kapaċi baqa’ jsofri minn problemi oħrajn tul ħajtu.

Strieħ fis-sliem ċkejken. Kondoljanzi lil Sharon u lill-familjari kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI