Imut It-Tifel Taljan Ta’ 6 Snin Li Waqa’ F’Pixxina Fis-Swieqi – Jistrieħ Fil-Paċi

Fit-13 ta’ Mejju seħħ inċident fejn sfortunatament tifel Taljan ta’ 6 snin spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fil-pixxina tar-residenza fejn jgħix mal-familja tiegħu, u sab ruħu f’diffikultà. Illum tħabbar li dan iċ-ċkejken ħalliena.

Wara l-inċident, it-tifel assistieh tim mediku li ħadu lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Philip Farrugia Galea u iktar investigazzjonijiet mill-Pulizija. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI