Imut Iż-Żagħżugħ Calvin Brincat – Eks Parteċipant Ta’ HazZzard Li Kien Qed Jiġġieled Il-Kanċer

Tħabbret il-mewt taż-żagħżugħ Calvin Brincat, li kien magħruf fost oħrajn għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-edizzjoni tal-2024 tal-programm HazZzard. Calvin kien ilu jiġġieled kontra forma ta’ kanċer rari, u l-aħbar tal-mewt tiegħu ħalliet niket kbir fost il-familja, il-ħbieb u dawk kollha li kienu jafu bih.

F’messaġġ emozzjonanti, Nadine Brincat iddeskrivietu bħala persuna sensittiva, mimlija mħabba u b’kuraġġ straordinarju. Hija qalet li minkejja d-diffikultajiet kbar li għadda minnhom, Calvin baqa’ dejjem juri spirtu pożittiv u sens ta’ umoriżmu li baqa’ jispikka sal-aħħar.



Hija fakkret ukoll fil-mumenti sbieħ li qasmu flimkien, u kif minkejja kollox, it-tbissima tiegħu qatt ma naqset. Fost il-kliem tagħha, Nadine semmiet diversi persuni qrib tagħhom, u esprimiet gratitudni kbira lejn dawk kollha li taw appoġġ u mħabba lill-familja matul dan iż-żmien diffiċli.



Tul il-marda tiegħu, inġabru fondi sostanzjali biex jgħinu lil Calvin fil-kura tiegħu, kif ukoll biex jiġu appoġġjati inizjattivi oħra relatati mal-kanċer, b’ammont li jaqbeż il-€35,000. Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, il-familja sellmet lil Calvin b’kliem ta’ mħabba u talb, filwaqt li talbet biex jibqa’ mfakkar għall-qalb tajba u l-ferħ li kien iġib ma’ kulħadd.

Ng]addu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u lill-qraba ta’ Calvin Brincat. Jistrieħ fis-sliem.



Ritratti:

Facebook / Calvin Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI