Ġiet imħabbra l-mewt tal-eks Champion tad-Dinja tal-Billiard u Champion tal-Isnooker, Ġużi Grech! Hu miet mewta naturali kmieni llum ġewwa l-istabbiliment tal-Isnooker fil-Ħamrun ta’ 66 sena.
Ġużi Grech kien runner up fil-World Amateur Snooker Championship fl-1987. Ftit snin wara fl-1997, hu sar Champion tad-Dinja tal-Billiard u fl-2005 rebaħ il-European Team Billiards Championship.
L-MBSA kienu fost dawk li bagħtu l-kondoljanzi lill-familja ta’ Grech.
Gwida.mt tagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Ġużi Grech u lill-ħbieb tiegħu!