"Inħares 'il Quddiem Għal Skeda Mimlija Daqs Bajda…" – Il-Preżentatur Glen Falzon Ser Jirritorna Fuq It-Televiżjoni

Il-preżentatur Glen Falzon għadu kif ħabbar li ser ikun qed jirritorna fuq TVM bil-programm Insights. Il-programm li fih ikollu diversi mistednin, li jistaqsihom mistoqsijiet diretti u kif jgħidu mingħajr kantunieri.

“Bi pjacir inhabbar li bhal-lum tliet gimghat se jirritorna l-programm INSIGHTS fuq l-istazzjon nazzjonali b’dehra iktar friska u gdida. Il-programm INSIGHTS se jibda jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm fuq l-istazzjon il-gdid tal-PBS – TVMNews+.”

Glen mhux ħa jkun waħdu waqt il-programm hekk kif ser jingħaqad magħhom Andrea Rossitto li skont il-preżentastur, “se jkun l-assistent tal-produzzjoni b’features u filmati minn barra li jiznu iktar il-polz tan-nies tat-triq.”

Glen bħal dejjem ħa jkun qed jistaqsi “mistoqsijiet diretti u skjetti mingħajr tidwir mal-lewża. Ma’ kulhadd.” Mela tinsewx, Insights, kull nhar ta’ Tlieta fis-18:30 fuq TVMNews+.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI