Clare Agius kitbet messaġġ sabiħ għall-għażiż binha, li llum jiċċelebra għeluq l-10 snin tiegħu. Clare tesprimi kemm hi kburija bih u kemm tammira l-karatteristiċi sbieħ tiegħu.
“Il-Bambin ibierkek għax hu d-dawl tiegħi! In-natura ħelwa u twajba tiegħu timlieli qalbi kull filgħodu u l-immaġinazzjoni tiegħu taffaxxinani! Jalla tkompli tikber fil-persuna sabiħa li int,” kitbet Clare.
Awguri mill-qalb! Nixtiqulu ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!