Il-paġna uffiċjali tal-BOV fuq Facebook għadha kif ippubblikat avviż importanti għall-utenti u klijenti kollha tal-kumpanija. Milli jidher kien hemm xi diffikultajiet jew ħsarat fis-sistemi tal-Internet Banking u Mobile Banking.
“Bħalissa qed nesperjenzaw diffikultajiet tekniċi bis-servizzi tagħna tal-Internet Banking u Mobile Banking. In-nies tekniċi tagħna qed jaħdmu biex isolvu l-diffikultajiet malajr kemm jista’ jkun. Niskużaw ruħna għall-inkonvenjent ikkawżat.”
Xerred ma’ sħabek li huma klijenti u utenti tal-BOV.