Għat-tielet jum konsekuttiv, l-awtoritajiet ħabbru li llum, 29 ta’ Ġunju 2020, reġa’ ma nstab l-ebda każ ġdid tal-Coronavirus f’Malta. Apparti minn hekk, hemm tliet persuni li ġew rikoverati. B’hekk, in-numru ta’ każijiet attivi f’Malta issa niżel għal 22.
Seba’ minn dawn il-pazjenti qed jirċievu l-kura fl-isptarijiet, fosthom persuna f’Mater Dei, persuna f’Karin Grech, tlieta f’Boffa u 2 f’St. Thomas. Għal dawn l-aħħar 24 siegħa saru 516 testijiet u b’kollox sar total ta’ 94, 564 test f’Malta.
Nittamaw li n-numri jibqgħu kif inhuma, speċjalment meta jinfetaħ l-ajruport…
Facebook/saħħa