Lara Azzopardi kienet fost il-preżentaturi ta’ Mużika Mużika f’Marzu li għadda. Ilbieraħ waqt Mużika Mużika Sajf, il-kantanta, attriċi u preżentatriċi reġgħet għamlitha!
“In-nuqqas ta’ spettaklu mingħajr udjenza tassew kienet tinħass. Kienet serata emozzjonali għal kulħadd, il-bandisti, kantanti, artisti, kompożituri, awturi flimkien mal-organizzaturi!” Mir-reazzjonijiet ta’ Lara fuq Facebook jidher li kienet serata oħra mill-isbaħ li fiha Lara brillat!
Lara tgħid li kien hemm “udjenza fenomenali” u tinsab ħerqana għas-serata finali tal-lejla! Prosit bħal dejjem Lara! Bravissima!