"Inħobbok B'Qalbi Kollha" – Eleanor Spiteri B'Mistoqsija Kbira Biex Twieġeb!

Illbieraħ Andrea Mangion, l-għarus ta’ Eleanor Spiteri staqsiha mistoqsija importanti ħafna, dik biex hi tiżżewġu!

Eleanor u Andrea kienu flimkien ġo ristorant meta f’daqqa waħda Andrea niżel fuq sieq waħda u staqsa lill-maħbuba tiegħu l-mistoqsija li ħafna jkunu qed jistennew, dik biex hi tiżżewġu u tkun martu ħalli jqattgħu kull mument tal-kumplament ta’ ħajjithom flimkien!

Din kienet sorpriża kbira għaliha u għal din il-mistoqsija wieġbet ‘iva’. Hi qasmet dan il-mument fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha u qaltlu “jien inħobbok b’qalbi kollha.”

Awguri kbira lil Eleanor u lil Andrea!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI