Fl-aħħar sigħat iz-Zija TT ħabbret fuq il-midja soċjali dwar il-vjolenza li għaddiet minnha u li spiċċat l-isptar għall-kura. Hi intbagħtet id-dar, iżda xorta waħda tgħid li tinsab ħażin ħafna.
“Inħossni muġugħa ħafna ħafna ħafna, qisni annimal jaqq.” kien fost l-ewwel reazzjonijiet taz-Zija TT waqt li tkellmet imbikkma. Tkompli tgħid li dan ġara mingħajr qatt ma kien jixirqilha, u qatt ma għamlet ħsara jew xi azzjoni ħażina lil ħadd. “Żgur li ma kienx jixraqli ngħaddi minn dawn l-affarijiet.”
Tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ u s-solidarjetà, kif ukoll lil dawk kollha li kienu hemm biex jgħinuha f’din id-dalma kerha.