Inbniet Fl-1250 Iżda Fl-1575 Ġiet Dekonsagrata … Reġgħet Inbniet Fl-1650, Taf Fejn Tinsab?

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Dipartiment Tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar knisja b’storja rikka. Dn hi s-Santwarju tal-Madonna tal-Ħniena ġewwa l-Qrendi.

Huma qalu, “Din l-knisja oriġinarjament inbniet fl-1250, iżda fl-1575 il-knisja kienet fi stat ħażin u ġiet dekonsagrata iżda d-devozzjoni baqgħet b’saħħitha tant li l-knisja reġgħet inbniet fis-sena 1650.”

Żiedu jgħidu, “L-arkati tal-ġebel li naraw fuq barra tal-Knisja kienu jservu bħala post ta’ kenn mill-elementi għal dawk li kienu jivvjaġġaw mill-bogħod. Fuq barra tal-arkati tal-ġebel hemm niċeċ bi statwi ta’ Sant’Injazju, San Gejtanu, San Duminku u San Franġisk, filwaqt li fil-ġenb tal-bieb prinċipali wieħed isib lil San Pawl u San Ġwann Battista. Fil-knisja nsibu tlett altari. u l-altar prinċipali huwa rikk ħafna bi skultura fil-ġebel.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI