Ġie mħabbar mill-paġna tar-rapport tat-temp Malta Weather li mudelli matematiċi tat-temp qegħdin jindikaw Xitwa differenti milli jkollna s-soltu. Skont dawn il-mudelli, din id-darba l-ġżejjer tagħna se jintlaqtu minn Xitwa “aktar sħuna u aktar niexfa mis-soltu.”
Madankollu, xorta se jkollna “perjodi qosra ta’ kesħa u xita.” Aħbar tajba jew ħażina għalik? Min iddejqu l-kesħa żgur mhux se jgerger!
Facebook/Malta Weather