Infermiera qasmet ritratt reali mmens dwar is-sitwazzjoni tagħhom bil-kliem, “Kif bdiet … Kif sejra” biex turi li l-coronavirus qed iħalli l-effett tiegħu wkoll fuq dawk hekk imsejħa frontliners.
Kathryn bdiet taħdem bħala infermiera f’Tennessee tmien xhur ilu, qasmet żewġ ritratti fuq Twitter, wieħed tmien xhur ilu fejn qiegħda titbissem lejn il-kamera, b’ilbies abjad nadif u fit-tieni l-immaġni tirrakkonta storja differenti – selfie meħud biex juri l-eżawriment tagħha wara shift ta’ tnax-il siegħa, b’marki ħomor mit-tagħmir tal-PPE li jidher viżibbli fuq wiċċha.
How it started How it’s going pic.twitter.com/cg32Tu7v0B
— kathedrals🇺🇸 (@kathryniveyy) November 22, 2020
Iż-żewġ stampi maru viral, u ġabru aktar minn 965,000 like u 87,000 retweet. Hija talbet ukoll lill-pubbliku biex jieħu l-pandemija bis-serjetà, u wissiet li ma tixtieqx il-virus fuq l-għar għadu tagħha.
Hi kitbet: “Inħobb inkun infermiera. Ma stennejtx eżattament li nkun infermiera ġdida f’nofs pandemija politiċizzata ħafna imma fil-ħajja l-affarijiet jiġu fuqek malajr u anke f’pandemija, m’hemm xejn aktar li rrid nagħmel. Nieħu ħsieb l-iktar marid tal-morda huwa unur u jien ngħożż lill-pazjenti tiegħi.”
“Huwa devastanti li tara nies imutu meta dawk l-imwiet jistgħu jiġu evitati u huwa saħansitra aktar devastanti meta tarahom imutu bl-istess mod, darba wara l-oħra. Huwa devastanti li s-sens komun bażiku u d-diċenza ġew politiċizzati.”
Hija żiedet tgħid: “Covid hija marda brutali u ma nixtieqx l-agħar minnha fuq l-agħar għadu tiegħi. Jekk jogħġbok ifhem li m’intix qed tipproteġi lilek innifsek biss, qed tipproteġi lin-nies ta’ madwarek.”
Twitter/ kathedrals