Davy Macias ta’ 37 sena, omm ta’ ħamsa u infermiera mietet il-ġimgħa li għaddiet b’kumplikazzjonijiet mill-virus tal-Covid-19 ġewwa l-Istati Uniti. It-tfal ta’ Macias għadhom żgħar, l-ikbar minn uliedha għandu 7 snin filwaqt li l-iżgħar hi tarbija tat-twelid.
Hija mietet fis-26 ta’ Awwissu. It-traġedja hi li din l-omm mhux talli mietet daqstant żgħira iżda qatt ma kellha ċ-ċans li tara lil bintha li welldet ta’ seba’ xhur tqala waqt li kienet intubata.
Davy u r-raġel tagħha, Daniel, it-tnejn kienu l-isptar fl-ICU aktar kmieni dan ix-xahar. Il-qraba jemmnu li l-koppja ħadu l-varjant tal-Covid Delta waqt li kienu fuq vaganza. Żewġha, għalliem tal-iskola sekondarja, jidher li għadu f’kundizzjoni kritika.
Facebook / Davy Macias