Id-dipartiment tal-informazzjoni ħareġ gwida ta’ x’għandna nagħmlu jekk issehh inġestjoni aċċidentali ta’ pjanta.
Fuq il-paġna spjegaw, “Inġestjoni aċċidentali ta’ pjanti kapaċi tiġri ta’ malajr, speċjalment f’ każijiet ta’ tfal li jkunu qed jesploraw id-dinja ta’ madwarhom. Bosta pjanti mhumiex perikolużi, iżda oħrajn, fosthom bosta speċi komuni, jistgħu jikkawżaw avvelenament jew irritazzjoni. Is-sintomi jistgħu jinkludu dardir, rimettar, irritazzjoni, jew sturdament, però dawn mhux dejjem jidhru immedjatament.”
Żiedu jgħidu, “F’din is-sitwazzjoni, importanti li: 1. Tneħħi kull fdal tal-pjanta mil-ħalq. 2. Tlaħlaħ il-ħalq sew bl-ilma. 3. Jekk ikun possibbli, ħu ritratt jew innota l-isem tal-pjanta biex tgħin l-esperti fl-identifikazzjoni.”
Wissew ukoll, “QATT iġġiegħel lill-persuna involuta tirremmetti! Tagħtix ikel jew xorb qabel tieħu parir ta’ espert! Ċempel 1774 minnufih – anke jekk għadhom mhux jidhru sintomi.”
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni