Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa għadda messaġġ ħelu lil ommu f’għeluq sninha. Hu kitbilha, “Happy Birthday Ma! Inħobbok ħafna, grazzi talli dejjem kont hemm għalija u ċert li dejjem se nsibek preżenti.”
Nhar il-Ħadd, 27 ta’ Settembru ħa jkun qed isir ġbir ta’ fondi għal Dar Bjorn. Hu qasam ritratt mill-programm Xarabank meta kien mar ma’ ommu u l-mara tiegħu Maria. Wieħed jista’ jsib in-numri sabiex jgħaddi d-donazzjoni tiegħu hawn fuq.