Fuq il-paġna ‘Up And Up With Faith’, il-ġenituri ta’ Faith u Theo kitbu messaġġ ta’ mħabba lill-għażiża tagħhom Faith fil-Jum iddedikat għat-tfal bid-Down Syndrome biex jiċċelebrawha u juru kemm hi speċjali għalihom.
Huma kitbu, “Inti l-ħolma li qed ngħix kuljum! Kemm inti sabiħa. Kemm inti kbira. Kemm għandek x’toffri. Dak li darba beżżgħani illum niċċelebrah għax jagħmlek dak li int! Illum niċċelebrawk Faith u għandna għalxiex ta! Għax minn x’ħin ġejt f’ħajjitna imlejtilna b’ħafna dawl u kulur, tagħlima wara oħra u ħafna ħafna IMĦABBA! Inħobbuk bla qies, għal dak li int u li għad trid tkun. Kburin bik DEJJEM!”
Kliem sabiħ li juri l-imħabba kbira tal-ġenituri u d-dawl u ferħ li xxerred magħha Faith kull fejn tmur.
Facebook / Up & Up with Faith